Żewġ każijiet ġodda ta’ Coronavirus fost plejers u diriġenti ta’ klabbs Ingliżi – One News

Notifiki

Żewġ każijiet ġodda ta’ Coronavirus fost plejers u diriġenti ta’ klabbs Ingliżi

Is-Sibt feġġew żewġ każijiet ġodda ta’ Coronavirus fost il-plejers u diriġenti ta’ klabbs tal-Kampjonat tal-futbol Ingliż.

F’dan it-tieni rawnd ta’ testijiet saru 50 test għal kull tim f’dan il-kampjonat.

F’dawn iż-żewġ rawnds ta’ testijiet li saru f’dawn l-aħħar ġimgħat fost il-plejers u d-diriġenti kien hemm tmien każijiet ta’ Coronavirus minn 1,744 test.

Dan il-kampjonat twaqqaf f’Marzu minħabba l-imxija tal-Coronavirus u għadu mhux magħruf jekk mhux se jitkompla fix-xahar ta’ Ġunju jew se jitwaqqaf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend