Jipprotestaw kontra liġi kontroversjali li trid timponilhom iċ-Ċina  – One News

Notifiki

Jipprotestaw kontra liġi kontroversjali li trid timponilhom iċ-Ċina 

Il-Pulizija f’Hong Kong sparaw il-gass tad-dmugħ fuq eluf ta’ dimostratni li ħarġu jipprotestaw kontra l-liġi ġdida li qed tipproponi ċ-Ċina għal Hong Kong.

Iċ-Ċina qed tipprova timponi liġi ta’ sigurtà nazzjonali kontronversjali li thedded l-awtonomija u l-libertajiet ċivili ta’ Hong Kong.

Id-dimostrazzjoni saret mingħajr il-permess tal-pulizija filwaqt li kisret ir-regoli tad-distanza soċjali li għandu l-pajjiż biex jikontrolla l-imxija tal-coronavirus. Bil-pulizija f’Hong Kong kellhom jirrikorru għall-gass tad-dmugħ sabiex iferxu n-nies u jżommu d-distanza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend