It-Tarxiniżi jiċċelebraw il-festa b’mod differenti fuq il-midja soċjali – One News

Notifiki

It-Tarxiniżi jiċċelebraw il-festa b’mod differenti fuq il-midja soċjali

Minkejja l-imxija tal-Coronavirus, it-Tarxiniżi xorta waħda qed jiċċelebraw il-festa tal-Lunzjata, li kellha tiġi ċċelebrata matul il-jum tal-Ħadd. Iżda minħabba l-imxija din il-festa qed issir b’mod virtwali fuq il-midja soċjali.

Dan hekk kif is-Sezzjoni Żgħażagħ mill-Għaqda Mużikali Marija Annuzjata ta’ Ħal Tarxien għaqdet diversi filmati tal-festa minn snin passati. Daw il-filmati qed jixxandru fuq il-midja soċjali sabiex din il-festa ssir xorta waħda minkejja li b’mod differenti ħafna mis-soltu.

Ritratt: Sebio Aquilina 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend