It-Talibani jħabbru tliet ijiem waqfien mill-ġlied kontra l-Gvern Afgan – One News

Notifiki

It-Talibani jħabbru tliet ijiem waqfien mill-ġlied kontra l-Gvern Afgan

It-Talibani ħabbru waqfien mill-ġlied mal-gvern Afgan li jibda mil-lum u jibqa fis-seħħ għat-tliet ijiem li ġejjin. Dan il-waqfien mill-ġlied se jsir b’rispett għall-festa Musulmana Eid al-Fitr, it-tmiem tar-Ramadan.

Dawn il-waqfien isegwi jiem ta’ ġlied intensiv bejn il-grupp Iżlamiku kontra t-truppi tal-gvern.

Il-President Afgan, Ashraf Ghani laqa’ din l-aħbar u sostna li s-suldati tiegħu se jkunu qed jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied. Din is-sitwazzjoni jaf titfa’ raġġ ta’ dawl b’tama li l-ġlied jonqos fil-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend