Is-Sengleani jfakkru l-mitt anniversarju mid-digriet tal-inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina – One News

Notifiki

Is-Sengleani jfakkru l-mitt anniversarju mid-digriet tal-inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina

Is-Sibt filgħaxija, is-Sengleani fakkru l-mitt anniversarju minn meta l-paroċċa ta’ din il-belt irċiviet id-digriet mill-Vatikan sabiex l-istatwa ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata.

Mitt sena wara din il-ġurnata speċjali għas-Sengleani, huma fakkru dan permezz ta’ quddiesa. Din il-quddiesa ġiet imxandra b’mod virtwali minħabba li bħalissa l-knejjes jinsabu magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Wara l-quddies, l-Arċipriet ta’ din il-paroċċa flimkien mas-Sindku ta’ din il-belt Clive Pulis imxew mill-Bażilika ta’ Marija Bambina sal-pjazza ta’ din il-belt, fejn hemmhekk poġġew il-fjuri quddiem l-istatwa tal-Madonna tan-Nofs.

Ritratti: John C Navarro

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend