€95 miljun f’childcare b’xejn mill-2014 sal-lum – One News

Notifiki

€95 miljun f’childcare b’xejn mill-2014 sal-lum

Sal-aħħar ta’ Frar il-Gvern ħallas ftit aktar minn €95 miljun biex jingħataw is-servizzi ta’ childcare b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin mindu s-servizz iddaħħal fl-2014.

L-iskema tipprovdi servizzi b’xejn lil dawk il-ġenituri jew persuni b’kustodja ta’ tfal li jinsabu f’impjieg jew qed jissoktaw bl-edukazzjoni tagħhom.

L-iskema għandha l-għan li tgħin lill-familji jiksbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Din tiġi pprovduta minn aktar minn 150 ċentru ta’ ħarsien għat-tfal madwar Malta u Għawdex.

Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qal li s-sena li għaddiet waħedha in-nefqa fuq is-servizz taċ-child care b’xejn kienet ta’ iktar minn €26 miljun.

Il-Ministru Bonnici sostna li din l-iskema għenet eluf ta’ persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Huwa qal: “Meta tara ċ-ċifra tgħid kemm hija ċifra kbira però meta tara mbagħad l-benefiċċju enormi li joħroġ minn dan l-investiment mill-ewwel tirealizza li dan hu investiment fis-sod, xi ħaġa li l-pajjiż kellu bżonn li jagħmel u għax għamilha rajna ħafna frott u ħafna miżuri pożittivi.”

In-nefqa fl-2019 hija aktar minn ħames darbiet in-nefqa tal-2014.

Dr Bonnici qal li permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern għamel id-differenza f’ħajjet in-nies.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend