ARA: Mistennija jinfetħu mill-ġdid iċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal u Skolasajf – One News

Notifiki

ARA: Mistennija jinfetħu mill-ġdid iċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal u Skolasajf

Hekk kif il-Gvern se jkompli jnaqqas il-miżuri restrittivi li kienu ttieħdu b’rabta mal-pandemija Covid-19 f’Malta, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li issa jmiss li jinfetħu mill-ġdid iċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal u Skolasajf.

Dan ikkonfermah f’intervista li ta fuq l-istazzjon ONE il-Ħadd filgħodu, fejn żied jispjega wkoll li ġenituri li kellhom jibqgħu id-dar ma’ wliedhom tul dan iż-żmien issa jistgħu jerġgħu joħorġu jaħdmu, anke jekk ikun kemm mudelli ta’ xogħol differenti, fosthom it-telework.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend