400 immigrant jidħlu f’bajja fi Sqallija – One News

Notifiki

400 immigrant jidħlu f’bajja fi Sqallija

Il-Ħadd wara nofsinhar madwar 400 immigrant irnexxielhom jidħlu f’bajja fin-nofsinhar ta’ Sqallija.

Rapport fil-midja Taljana spjegaw kif dgħajsa ħalliet lill-immigranti fil-bajja ta’ Marina di Palma fil-provinċja ta’ Agrigento sabiex reġgħet qabdet triqtha ‘il bogħod mill-art.

Kienu nies fil-viċinanzi li rrapurtaw il-wasla tal-immigranti bil-Pulizija tal-lokal kellhom jintervjenu sabiex iwaqqfu u jiġbru lill-immigranti.

Dgħajjes tal-Guardia Costiera u tal-Guardia di Finanza ħarġu fuq il-baħar sabiex jintraċċaw u jwaqqfu d-dgħajsa li allegatament wasslet lill-immigranti Sqallija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend