Villa Frere tingħata l-ogħla protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar – One News

Notifiki

Villa Frere tingħata l-ogħla protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar

Villa Frere fi Gwardamanġa ngħatat l-ogħla protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar wara konsultazzjoni mas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali.

Din ir-residenza ta’ stil neoklassiku nbniet fis-seklu 18 bħala r-residenza ta’ aristokratiku Brittaniku Sir John Frere fejn baqa’ jgħix sa mewtu.

Dokumentazzjoni turi li Sir John kien ħabib sew ta’ Mikiel Anton Vassalli.

Il-villa tinkludi ġnien b’arkittetura rari ta’ stil Ingliż kif ukoll 13-il bir tal-ilma.

Iċ-Chairman tal-Awtorità Martin Saliba qal li wara snin ta’ protezzjoni fi grad tnejn, inħass il-bżonn li l-villa tkun protetta fi grad wieħed, l-ogħla protezzjoni possibbli li tista’ tingħata lil bini storiku.

Ritratti: Brendan Buttigieg u M.Bonello

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend