Titwaqqaf is-sospensjoni li kienet tapplika għall-konvenji – One News

Notifiki

Titwaqqaf is-sospensjoni li kienet tapplika għall-konvenji

Mill-ġimgħa is-sospensjoni li kienet qed tapplika għall-konvenji, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, twaqqfet. Dan wara li fl-4 ta’ Mejju, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ordnat il-ftuħ mill-ġdid tar-Reġistru tal-Qrati u b’hekk il-ħidma ta’ professjonijiet legali regħet bdiet tirranka f’kuntest ta’ normalità ġdida.

Il-President tal-Kamra tan-Nutara, Clinton Bellizzi, spjega kif issa skattat sospensjoni ta’ 20 ġurnata.

Huwa qal: “Kull min kellu konvenju li t-terminu tiegħu kien sospiż mis-sittax ta’ Marzu, minn għoxrin ġurnata mit-tnejn u għoxrin ta’ Mejju ħa jerġgħu jibdew jiddekorru dawk it-termini.  Jiġifieri jekk int fadallek terminu fuq il-konvenju tiegħek, allura t-terminu li kien fadal ħa jibda ikompli għaddej mill-20 ġurnata mit-22 ta’ Mejju.”

Bellizzi stqarr li f’dan iż-żmien in-nutara bħala uffiċjali pubbliċi ma kienux weqfin għal kollox mix-xogħol u xorta baqgħu joffru s-servizzi l-iktar essenzjali.

Dr Bellizzi sostna: “In-nutara jagħtu servizz essenzjali u dawk is-servizzi essenzjali li ma setgħux jistennew xorta baqgħu jingħataw min-nutar peressli huwa uffiċjal pubbliku u għandu dmir lejn is-soċjetà li jkompli jagħtihom dawn is-servizzi essenzjali.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis stqarr li dan huwa pass ieħor lejn in-normalità meħud mill-Gvern, filwaqt li appella għall-prudenza mill-partijiet kollha kkonċernati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend