Miexi ġmielu x-xogħol fuq il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żabbar – One News

Notifiki

Miexi ġmielu x-xogħol fuq il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żabbar

B’investiment ta’ madwar seba’ mitt elf ewro, miexi ġmielu x-xogħol fuq il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żabbar.

Ix-xogħol qed isir fuq sitt blokok b’għaxar entraturi li se jagħmel differenza fil-ħajja ta’ 110 familjI li jgħixu fihom.

Fi tliet blokok minnhom qed isir xogħol fuq il-faċċati, il-bjut, il-komun u qed jiġi installat lift. Fit-tliet blokok l-oħra qed isir xogħol fuq il-faċċati, il-partijiet komuni u l-bjut.

Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes spjega li fl-aħħar jumejn sar ukoll xogħol ta’ tindif li qed isir f’diversi oqsma tad-djar fil-pajjiż, minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ministru Galdes spjega: “Hawnhekk hawn xogħol sostanzjali li jammonta madwar €700,000 fejn dawn il-blokki tal-appartamenti qed jerġgħu jingħataw il-ħajja mill-ġdid, qed issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa biex anki ntawlu l-ħajja tagħhom kemm jista’ jkun u jkomplu jagħtu servizz soċjali lil pajjiżna.”

Il-Ministru Galdes qal li dan il-proġett se jkun segwit minn proġett ta’ riġenerazzjoni f’sitta u erbgħin blokka ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi, f’Bormla, fir-Rabat, f’Santa Luċija, f’Ħal Qormi, fiż-Żejtun u f’San Ġiljan.

Minn dan l-investiment ta’ aktar minn żewġ miljuni u sitt mitt elf ewro, se jibbenefikaw ħames mitt familja.

“Il-Gvern huwa l-akbar ħa ngħidu hekk, sit tad-djar soċjali fil-pajjiż, u allura l-ħsieb tagħna huwa li nkomplu għaddejjin b’xogħlijiet bħal dawn biex insaħħu l-assi u l-istokk tad-djar f’pajjiżna”, sostna l-Ministru Galdes.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend