Malta se tirċievi 20 ventilatur u 40,000 maskra bħala donazzjoni miċ-Ċina – One News

Notifiki

Malta se tirċievi 20 ventilatur u 40,000 maskra bħala donazzjoni miċ-Ċina

Malta se tirċievi 20 ventilatur u 40,000 maskra miċ-Ċina. Dan wara intervent mill-eks Ministru u President tas-Soċjetà Maltija għall-ħbiberija Ċiniża, is-Sur Reno Calleja. Dawn għandhom jaslu Malta fil-jiem li ġejjin.

Il-maskri ngħataw mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċiniżi flimkien mal-Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi barranin u l-Assoċjazzjoni għall-Shandong li magħhom is-Sur Calleja ilu jżomm relazzjoni tajba.

Is-Sur Calleja rringrazzja wkoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina John Aquilina li permezz tagħhom din id-donazzjoni setgħet tkun possibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend