Ħaddiem tas-saħħa li jaħdem f’ċentru tat-testijiet għall-Coronavirus irriżulta pożittiv għall-COVID-19 – One News

Notifiki

Ħaddiem tas-saħħa li jaħdem f’ċentru tat-testijiet għall-Coronavirus irriżulta pożittiv għall-COVID-19

Mir-riżultati pożittivi għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta pożittiv ħaddiem tas-saħħa li qed jaħdem fiċ-ċentri fejn qed isiru t-testijiet għall-Coronavirus.

Huwa ma kellux sintomi, u nqabad pożittiv f’testijiet ta’ rutina li jsiru b’mod regolari fuq il-ħaddiema tas-saħħa kollha.

Waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, huwa jkun liebes ilbies protettiv, għalhekk ma hemm l-ebda riskju għal klijenti li marru fiċ-ċentru.

Fi stqarrija mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ingħad li probabbli huwa ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità.

Bħala prekawzjoni, iċ-ċentru ġie diżinfettat u se jkompli jilqa’ klijenti fih immedjatament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend