BIL-FILMAT: Karozza fil-Ħamrun tinħakem minn nirien – suspett li tqabbdet apposta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Karozza fil-Ħamrun tinħakem minn nirien – suspett li tqabbdet apposta

Ħadd ma ndarab meta għall-ħabta tan-12:30 ta’ dalgħodu vettura saret ħuġġieġa waħda fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ fi Triq Giovanni Barbara meta vettura tat-tip Nissan inħakmet minn nirien kbar.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll Pulizija tad-Distrett.

Minn investigazzjonijiet preliminari, kollox jindika li l-vettura tqabbdet apposta minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend