ARA: Il-monti u l-barbiera jerġgħu lura għan-normalità bi prekawzjoni – One News

Notifiki

ARA: Il-monti u l-barbiera jerġgħu lura għan-normalità bi prekawzjoni

Il-barbier, Christian Bonello stqarr li jinsab sodisfatt li  irritorna għax-xogħol, biss huwa konxju mir-responsabbiltá kbira li għandu li jieħu ħsieb saħħet il-klijenti tiegħu.

Dan filwaqt li spjega kif l-għodda kollha li juża biex jaqta’ x-xagħar qed inaddafha wara kull klijent.

Huwa spjega: “Aħna il-barbiera issa li qiegħdin lura għax-xogħol kuntenti bħal ma huma kuntenti l-klijenti tagħna.  J’Alla nibqgħu sejrin kif aħna sejrin, kulħadd qed jiġi bil-prekawzjonijiet kif suppost, bil-maskli, s-sanitizers, joqogħdu attenti li jiġu fil-ħin biex ma jkunx hemm distakk bejn klijent u ieħor.”

Mill-Ġimgħa bdew jieħdu l-ħajja wkoll il-pjazzez u t-toroq li huma sinonimi mal-armar tal-monti fi tmiem il-ġimgħa.

Martin Pace li għomru u żmienu jarma bit-tapiti fuq il-monti, stqarr li issa verament huwa kuntent għaliex in-nuqqas tax-xogħol kien qed iħossu sew.

Huwa qalilna:“Ferħan ħafna għax dan ili nagħmlu ħamsin sena dax-xogħol u kont imdejjaq ħafna d-dar. U nispera jekk il-bambin irid inmorru tajjeb kif konna sejrin qabel.”

Raymond Bonnici wkoll reġa’ rama l-bankarella biex ibiegħ il-prodotti tiegħu, u stqarr li n-nies hija konxja tal-bżonn li wieħed joqgħod attent.

Raymond stqarr: “In-nies konxja ta  mis-sitwazzjoni, jilbsu l-maskri, aħna nagħmlu l-plastik, bil-maskla, affarijiet li jdejquk imma dawk hemm bżonn li jsiru fil-preżent.”

Persuni li s-Sibt filgħodu kienu qed jagħmlu x-xirja mill-monti ta’ Ħal Qormi, innotaw il-fattur pożittiv li wieħed jista’ jagħmel ix-xirja fil-miftuħ.

Huma qalulna: “Aħna minn dejjem niġu, kull nhar ta’ Sibt, vordieri, s’issa tajjeb hux, u anke bħala nies, ma jkunx hemm ħafna nies qisek ma tiddejjaqx biex tixtri.”

“Il-biċċa l-kbira jiġifieri tara n-nies għaddejjin kollha bil-maskli. Prekawzjoniiet l-istore holders qed jieħdu għax hawn spazju mhux ħażin bejn wieħed u ieħor jiġifieri, u l-fatt li huwa ‘open air’ iktar safe naħseb jiena.”

Bejjiegħ tal-ħwejjeġ appella lin-nies biex ma jibżgħux jixtru mill-monti f’dan iż-żmien hekk kif il-prekawzjonijiet qed jittieħdu u l-ambjent huwa sigur.

“We are back to business, m’għandkomx għaliex tibżgħu tiġu fuq il-monti, kif qed taraw għandna s-sanitizers, kulħadd bil-maskli, jekk nobdu r-regolamenti m’għandux għalfejn ikun hemm diffikultá minn ħadd”, sostna Aquilina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend