Aktar investiment b’risq il-bdiewa permezz ta’ fondi Ewropej – One News

Notifiki

Aktar investiment b’risq il-bdiewa permezz ta’ fondi Ewropej

Għand bidwi fl-Imqabba li bbenefika minn fondi Ewropej u kabbar l-operat tiegħu, tnediet skema għall-bdiewa biex ikunu jistgħu japplikaw u jkomplu jinvestu fis-settur tagħhom.

Biswit serer ġodda li jitħaddmu b’teknoloġija aktar effiċjenti, tnediet l-iskema 4.1, li b’investiment ta’ tliet miljun ewro, se tgħin lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin isaħħu l-investiment li jkunu se jagħmlu minn buthom biex jimmodernizzaw u jtejbu l-operat fl-oqsma u l-irziezet tagħhom.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, qal li din hija ħolqa minn katina ta’ inizjattivi u skemi biex jagħtu ħajja lill-valur tal-biedja f’pajjiżna.

Huwa spjega: “Hemm bżonn li aħna nkomplu ngħinu lill-bidwi li jkun iktar innovattiv, li juża aktar it-teknoloġija moderna għaliex b’hekk biss hu jista’ jikkompeti u jkabbar prodott li huwa tajjeb u bnin.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li aktar kmieni dan ix-xahar għalqu l-applikazzjonijiet għal sejħiet ta’ għajnuna ta’ fondi Ewropej għas-settur tal-agrikoltura.

L-Onor. Zrinzo Azzopardi sostna: “Fl-aħħar ġimgħat intlaqgħu 65 applikazzjoni li bejniethom fihom valur ta’ madwar €11-il miljun għall-fondi tal-Unjoni Ewropea li bħalissa qegħdin jiġu evalwati u meqjusa biex minn hemmhekk ikunu jistgħu jiġu allokati. Dawn l-applikazzjonijiet huma mezz importanti kif inkomplu nsostnu l-qasam tal-biedja f’pajjiżna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend