Żewġ żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga – One News

Notifiki

Żewġ żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga

Ġuvni ta’ 22 sena mill-Ħamrun u tfajla ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġew arrestati mill-pulizija wara li nqabdu bid-drogi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 tal-Ħamis filgħaxija meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi ċċirkondaw il-karozza li kienu fiha ż-żewġ żgħażagħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Mit-tfittxija li għamlet il-pulizija sabet 50 pakkett suspettata droga sintetika, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Dawn iż-żewġ żgħażagħ kienu qed joqogħdu f’kamra f’lukanda fl-istess akwati li ġew arrestati. Fi tfittxija li għamlet il-pulizija f’din il-kamra nstabet sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, miżien u affarijiet oħra relatati mad-droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend