Manchester tfakkar it-tielet anniversarju mill-attakk terroristiku – One News

Notifiki

Manchester tfakkar it-tielet anniversarju mill-attakk terroristiku

Illum il-belt ta’ Manchester qed tfakkar it-tielet anniversarju mill-attakk terroristiku. Kien it-22 ta’ Mejju 2017, meta 22 persuna tilfu ħajjithom f’bomba suwiċidja waqt kunċert tal-kantanta Ariana Grande.

Minħabba l-imxija tal-Coronavirus, dan l-anniversarju tfakkar b’mod virtwali fejn xelgħu sema sabiex ifakkru l-ħajjiet ta’ dawk li tilfu ħajjithom.

Iktar kmieni din il-ġimgħa tħabbru l-pjannijiet tal-monument li ħa jsir f’din il-belt viċin il-katidral. Fuq dan il-monument se jkunu mnaqxa l-ismijiet ta’ 22 vittma li tilfu ħajjithom kiesaħ u biered.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend