Kappillan ġdid għall-Paroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt – One News

Notifiki

Kappillan ġdid għall-Paroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt

Patri Alexander Cauchi nħatar kappillan għall-Paroċċa ta’ Santu Wistin tal-Belt. Il-kappillan il-ġdid ingħata l-pussess tal-ħatra mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, waqt quddiesa online.

Patri Alexander Cauchi twieled fis-16 ta’ Ġunju 1971. Trabba San Ġiljan fejn irċieva l-edukazzjoni primarja. Huwa kiseb l-edukazzjoni sekondarja fl-iskejjel tal-Gżira, in-Naxxar u l-Imtarfa, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tal-Filosofija fl-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, u l-istudji tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Il-formazzjoni reliġjuża tiegħu bdiet fl-1987 fil-Kunvent ta’ Santa Rita. F’Novembru tal-1994 irċieva l-Professjoni Solenni fl-Ordni Agostinjan. Ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fit-18 ta’ Ottubru 1996 fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta u qaddes l-ewwel Quddiesa tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Patri Alex wettaq ħidma pastorali fil-qasam tal-vokazzjonijiet u serva wkoll bħala promotur vokazzjonali. F’dawn l-aħħar seba’ snin ħadem fil-pastorali tal-parroċċa ta’ Santu Wistin fejn huwa jgħix mal-komunità Agostinjana.

Il-parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt tiġbor fiha madwar 1,360 persuna f’650 familja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend