Joħroġ bastiment ieħor tal-Captain Morgan biex iżomm 120 immigrant mili ‘l barra minn Malta – One News

Notifiki

Joħroġ bastiment ieħor tal-Captain Morgan biex iżomm 120 immigrant mili ‘l barra minn Malta

Madwar 120 immigrant oħra bdew jinżammu fuq il-bastimenti tal-Captain Morgan wara li fl-aħħar jiem żewġ dgħajjes oħra kienu interċettati fl-ibħra Maltin.

B’hekk ħareġ it-tielet bastiment tal-Captain Morgan mili ‘l barra minn Malta.

Fuq id-dgħajjes salvati kien hemm madwar 140 immigrant, li minnhom 19 se jiddaħlu f’Malta għax huma tfal, nisa tqal jew persuni li qed jakkumpanjaw lil dawn it-tfal.

Fi stqarrija l-Forzi Armati ta’ Malta qalu li dawn l-immigrant ġew salvati fil-jum tal-Ħamis.

Malta qed iżomm pożizzjoni soda dwar l-immigrazzjoni fejn fl-aħħar ġimgħat il-Gvern Malti għamel sensiela ta’ talbiet sodi għal għajnuna minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Dan fid-dawl tal-wasliet sostanzjali fl-aħħar xhur u l-ħtieġa li jkun hemm solidarjeta bil-fatti mill-Unjoni Ewropea.

Sa issa kienu biss Franza u l-Portugall li wegħdu li bejniethom jieħdu 36 immigrant.

Issa hemm tliet bastimenti, b’57 immigrant, b’105 immigrant u b’120 immigrant abbord jistennew għal soluzzjoni Ewropea dwar rilokazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. M’għandiex għaġġla tiddeċiedi l-eu!!!! Kontra l-eu ma’ jgħidu xejn l-ngo’s li hawn jiġru mas-saqajn???!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend