Jitnieda s-sit lovetoteach.info – riżors edukattiv ieħor għal kulħadd – One News

Notifiki

Jitnieda s-sit lovetoteach.info – riżors edukattiv ieħor għal kulħadd

Ġie mniedi s-sit lovetoteach.info, riżors ieħor li se tejjeb il-mod li bih qed tingħata l-edukazzjoni f’dan iż-żmien ta’ sfida, iżda anke lil hinn. Dan huwa t-tieni programm mniedi mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta bil-għan li jagħti appoġġ b’mod iktar wiesgħa ndirizzat lejn l-istudenti, edukaturi u ġenituri.

Dan is-sit se jkun aġġornat b’mod kontienwu b’materjal differenti u se jkollu erba’ sezzjonijiet differenti immirat għall-istudenti tal-primarja u sekondarja; għall-ġenituri; għall-edukaturi u mexxeja edukattivi u l-aħħar sezzjoni se tkun immirata għal studenti f’livell ta’ edukazzjoni għolja, adulti u l-edukaturi tagħhom.

Id-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, Dr Colin Calleja, qal illi dan is-sit joffri wkoll serje ta’ webinars bl-isem vEDUti fejn il-Professur Carmel Borg jilqa’ awturi prominenti. Din is-sezzjoni toffri riżorsi aġġornati żviluppati minn awturi lokali kif ukoll barranin. Filfatt fl-ewwel intervista tiegħu tkellem mal-Professur Malti John Baldacchino mill-Università ta’ Wisconsin.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici rringrazzja lil kull min kien involut biex l-edukazzjoni tibqa’ tingħata b’dedikazzjoni wara li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi ngħalqu b’mod temporanju kawża tal-pandemija. Intant, il-Ministru Bonnici qal illi qed iħares lejn il-futur fl-edukazzjoni b’ottimiżmu illi minn sfida li tat il-pandemija fuq is-settur edukattiv jinħarġu ideat u inizjattivi inovattivi oħra li jegħlbu sfidi li jistgħu jinqalgħu maż-żminijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend