Illum jiftħu r-ristoranti, il-lukandi u l-ħwienet tas-sbuħija – One News

Notifiki

Illum jiftħu r-ristoranti, il-lukandi u l-ħwienet tas-sbuħija

Mil-lum numru ta’ negozji li fost l-oħrajn joffru servizzi mhux meqjusa essenzjali se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-klijenti, hekk kif se jidħol fis-seħħ rilaxx ta’ miżuri oħra li kienu ttieħdu b’rabta mal-pandemija.

Fost l-oħrajn se jinfetħtu ristoranti, lukandi u ħwienet ta’ sbuħija li se jkunu marbuta bi protokolli ċari.

Mil-lum ukoll se jerġgħu jibdew jingħataw servizzi tas-saħħa li kienu twaqqfu temporanjament kawża tal-pandemija COVID-19.

Dawn jinkludu s-servizzi li jingħataw fil-bereġ tas-saħħa, servizzi u appuntamenti għal persuni bid-dijabete, servizzi tal-Kura Primarja, kif ukoll numru ta’ operazzjonijet mhux urġenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *