Il-qgħad jibqa’ baxx minn perspettiva storika  – One News

Notifiki

Il-qgħad jibqa’ baxx minn perspettiva storika 

Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet kif ix-xahar li għadda, in-numru ta’ persuni qiegħda kien għal ftit iżjed minn 3,900.

Dwar dan il-Bank Ċentrali ta aġġornament ekonomiku għax-xahar ta’ Marzu meta faqqgħet il-pandemija f’Malta u qal li minkejja li n-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol żdied, ir-rata tal-qgħad baqgħet baxxa minn perspettiva storika.

Ġie nnutat ukoll li d-defiċit fuq il-fond konsolidat ibbażat fuq dħul u nfiq attwali żdied meta mqabbel ma’ sena qabel minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern li jiddifferixxi l-ġbir ta’ numru ta’ taxxi biex ikun ta’ spalla għan-negozji waqt l-imxija.

Intant fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, meta bdew ifeġġu l-ewwel każijiet tal-Coronavirus u sussegwentament għalqu l-lukandi, naqqsu bi 18.2% n-numru ta’ nies li qagħdu f’lukandi u naqas b’21.2% l-ammont ta’ ljieli li tqattgħu fil-lukandi.

L-NSO rrapporta li fl-ewwel 3 xhur qagħdu f’lukandi aktar minn 300,000 persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend