Edwin Vassallo jħeġġeġ lill-bdiewa tal-Magħtab biex jerġgħu jipprotestaw – One News

Notifiki

Edwin Vassallo jħeġġeġ lill-bdiewa tal-Magħtab biex jerġgħu jipprotestaw

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, magħruf sew għall-partiġġjaniżmu u militantiżmu sfrenat tiegħu qed jagħmel minn kollox biex iwaqqaf l-ikbar investiment li qatt kellu pajjiżna fl-immaniġġjar tal-iskart billi jgħaddi informazzjoni żbaljata lill-bdiewa u qed ixewwixhom bl-aktar mod evidenti sabiex jispiċċaw iservuh fl-iskop li għandu li jwaqqaf il-proġett. Tant hu hekk li Vassallo qed jimbotta ‘il quddiem protesta oħra għal nhar is-Sibt li ġej.

L-investiment tal-Gvern se jkun qiegħed jara li l-iskart f’pajjiżna ma jibqgħax jintrema’ fil-landfil u allura se jkun qiegħed iwassal biex tieqaf tittieħed art agrikola fil-ġejjieni u minflok isir riżorsa.

Filwaqt li l-ħidma tal-Gvern matul l-aħħar xhur b’konsultazzjoni mal-bdiewa issarrfet f’soluzzjoni biex jinbidel il-pjan oriġinali u minn total ta’ 279,000 metru kwadru, se jkun qiegħed juża biss 30% tal-art – 82,000 metru kwadru, il-gambetti ta’ Edwin Vassallo jfissru li tittieħed ħafna iktar agrikola minn dak orignarjament prevvist għax Malta jkollha tkompli tarmi l-iskart tagħha fil-landfill minflok tużah f’riżorsa.  Jidher li d-Deputat Nazzjonalista jrid ukoll li jieħu lill-pajjiżna lura għal landfilling u għal muntaji ta’ skart – problema li ħoloq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.

Dak iż-żmien kien jgħid li l-Magħtab kien se jwarrad.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet mill-ewwel kontra l-proġett permezz tad-Deputat Edwin Vassallo. Dan għamlu mingħajr ma ddiskuta mad-deputati sħabu, inkluż il-kelliem għall-Ambjent u t-tibdil fil-klima, David Thake, li sal llum ghadu ma jafx huwiex favur jew kontra dan il-proġett propost mill-Gvern.

Il-verita’ hi li bl-aġir tiegħu, d-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo se jkun qiegħed isallab lill-bdiewa u dan għax jekk ikun hemm iktar dewmien fil-bini ta’ dawn il-pjanti, il-Gvern ikollu jdur lura għall-medda ta’ madwar 150,000 metru kwadru ta` art li inizjalment kienet se tittieħed għal-landfill.

L-istudji għaddejjin ġmielhom u fil-każ tal-impjant Waste to Energy, il-Preliminary Information Notice ġie ppublikat fil-ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ftit tal-jiem ilu gie ppublikat ukoll il-Pre-Qualification Questionnaire.

Intant id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kompla jidħak bil-bdiewa billi qalilhom li l-impjanti jistgħu jsiru fuq siti oħra fil-kumpless tal-Magħtab stess. Din hija informazzjoni għal kollox żbaljata.

Il-verità hi li dan mhux minnu għaliex is-siti identifikati huma siti fejn jew hemm siġar protett, jew dak inkella dak li jisejjaħ garigue u fl-istess ħin jinsab viċin ħafna tal-kosta, jew inkella sit ieħor fuq l-landfill stess magħrufa taż-Żwejra, fejn studji minn esperti jisħqu li an ikun perikoluż ħafna għall-impjanti għaliex fost l-oħrajn il-pedamenti mhux sodi.

Il-Ministru Aaron Farrugia spjega diversi drabi li l-pajjiż ma fadallux iktar spazju għal-landfilling u dak li fadal jispiċċa f’Marzu tal-2021. Għaldaqstant, jekk l-impjanti ma jibdewx u jinbnewx fil-ħin, il-pajjiż ikollu żewġ għażliet: jew li ma jigabarx l-iskart mingħand il-familji u n-ngozji Maltin u Għawdxin, jew li tittieħed 150,000 metru kwadru ta’ art li originarjament kienet maħsuba għall-estensjoni tal-landfill.

L-appell għas-sens komun hu wieħed ċar. Dak li qed jagħmel id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo hu li jfixkel il-ħidma pożittiva tal-Gvern f’dan is-settur u jipperikola 150,000 metru kwadru ta’ raba’.

Il-Gvern se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu, irrispettivimanent mit-tfixkil tal-Oppożizzjoni, jew framenti tagħha biex 150,000 metru kwadru ta’ art tibqa’ raba’ u ma ssirx landfill.  Fl-istess waqt se jkompli għaddej bil-bini tal-impjanti li permezz tagħhom l-iskart f’pajjiżna jibda jinbidel f`rizorsa. Il-Gvern se jkompli wkoll bil-kampanja tiegħu EcoHive biex it-tfal tagħna jikbru f’ambjent li jixirqilhom, filwaqt li pajjżna jqarreb lejn il-miri Ewropeji ta’ riċiklar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend