€40,000 f’donazzjoni lill-MCCF mill-Fond għall-Kawżi Ġusti  – One News

Notifiki

€40,000 f’donazzjoni lill-MCCF mill-Fond għall-Kawżi Ġusti 

Il-Fond għall-Kawżi Ġusti ta għotja ta’ erbgħin elf ewro lil Malta Community Chest Fund li tul dawn iż-żminijiet ma waqfitx tirċievi talbiet għas-servizzi tagħha. Din id-donazzjoni ġiet preżentata lil President ta’ Malta George Vella mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Il-President George Vella stqarr li dawn l-għotjiet huma importanti ħafna meta wieħed jikkunsidra li l-Malta Community Chest Fund kontinwament tagħti l-flus lill-persuni li jeħtieġu għajnuna speċjalment fuq mard.

“Jiena apprezzajt ħafna il-fatt li din saret propju f’dawn iż-żminijiet. Doppji fis-sens li mhux biss meta kif qed ngħid it-talbiet jibqgħu għaddejin normali imma anki meta għaddejin minn żmien diffiċli f’pajjiżna u dan jirrifletti fuq il-possibilta li kien hemm qabel, li llum tnaqset ħafna, ta’ donazzjonijiet mill-publiku inġenerali.”

Il-Ministru Scicluna faħħar l-inizzjattiva ‘Għajta Waħda’ li bl-involviment tal-artisti lokali qed jinġabru flus b’risq il-Malta Community Chest Fund b’sensiela ta’ kunċerti.

Huwa ħeġġeġ biex in-nies jibqgħu ġenerużi.

“Tagħti eżempju lil kull min kien jagħti lil Community Chest Fund biex ikompli jagħti u jżid mal-għotjiet tiegħu għax il-bżonnijiet baqgħu għaddejin, anzi fiż-żminijiet diffiċli bħal dawn il-bżonnijiet jiżdiedu ukoll.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend