Tmut l-iżgħar vittma tal-Coronavirus… tarbija ta’ jumejn fl-Afrika t’Isfel – One News

Notifiki

Tmut l-iżgħar vittma tal-Coronavirus… tarbija ta’ jumejn fl-Afrika t’Isfel

Fl-Afrika t’Isfel tarbija ta’ jumejn spiċċat vittma u mietet minħabba l-Coronavirus wara li l-omm tat-tarbija irriżultat fil-pożittiv.

Il-Ministru tas-Saħħa tal-Afrika t’Isfel stqarr li t-tarbija twieldet qabel iż-żmien u kella diffikultà fil-pulmun u biex tieħu nifs u ngħatat is-sapport ta’ ventilatur immedjatament wara li twieldet.

It-tarbija kienet fost 27 vitma li mietu l-Erbgħa 20 ta’ Mejju fl-Afrika t’Isfel u li s’issa hem total ta’ mwiet ta’ 339.

Vitma oħra tal-Coronavirus kienet tarbija ta’ tliet ijiem li mietet fil-5 ta’ Mejju fl-Ingilterra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend