Notifiki

Raġel jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ ħruq ta’ residenza f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 39 sena minn Ta’ Xbiex se jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu wara li lbieraħ ġie arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ dar f’Ħal Luqa.

Huwa ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Luqa.

B’rabta ma’ dan diġà tressaq il-Qorti raġel ta’ 44 sena mill-Gżira fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-każ kien seħħ fid-19 ta’ Diċembru li għadda fi Triq il-Wilġa Ħal Luqa għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend