Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet fuqu parti minn struttura ta’ krejn f’Ħaż-Żabbar – One News

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet fuqu parti minn struttura ta’ krejn f’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ tnejn u tlettin sena minn Marsascala jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet fuq parti minn struttura ta’ krejn f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend