PBO jilmenta għax sejjaħnielu Eks Segretarju Ġenerali tal-PN – One News

Notifiki

PBO jilmenta għax sejjaħnielu Eks Segretarju Ġenerali tal-PN

Pawlu Borg Olivier ilmenta ma’ ONE News li ssejjaħ bħala eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista flok Avukat wara li fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi dwar l-immigrazzjoni.

Pawlu Borg Olivier bagħat kjarifika lil ONE News u rrifjuta li nsejħulu wkoll bħala esponent tar-Repubblika.

Fil-kjarifika li bagħat hedded lil din il-kamra tal-aħbarijiet b’passi legali.

L-Erbgħa, l-eks segretarju ġenerali Nazzjonalista, Paul Borg Olivier, esponent ewlieni mill-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil u esponent tal-għaqda Repubblika, fil-professjoni tiegħu ta’ avukat fetaħ protest ġudizzjarju l-Qorti kontra l-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u l-Brigadier li jirrappreżenta lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Paul Borg Olivier qed jidher għal żewġ persuni, li qed jgħidu li tilfu lil qrabathom bejn sema u ilma meta ħarbu minn pajjiżhom. Wieħed mill-klijenti tal-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista jgħix l-Olanda u l-klijent l-ieħor l-Iżvezja.

Paul Borg Olivier ilmenta li pajjiżna mhux idaħħal immigranti u allega ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

F’April illi għadda, Pawlu Borg Olivier, flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, preżentaw kwerela kontra s-suldati tal-Forzi Armati, l-Prim Ministru u l-Brigadier.

Bis-suldati tal-armata spiċċaw taħt investigazzjoni u qed jiġu akkużati bi qtil tal-immigranti.

Akkuża li ġġorr magħha piena ta’ għomor il-ħabs.

Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali fuq dawn l-akkużi.

Jiem wara li għamlu din l-allegazzjoni, l-għaqda Repubblika preżentat informazzjoni ġdida li gidbet l-akkużi li ġew preżentati fil-kwerela li fetaħ Jason Azzopardi u Pawlu Borg Olivier.

Ġie rappurtat li l-evidenza preżentata turi li l-allegat sabutaġġ ta’ dgħajsa tal-immigranti ma kien xejn għajr proċedura normali li ssir dejjem biex jissalvaw in-nies bejn sema u ilma.

Dwar id-denunzji li fetaħ Jason Azzopardi u Pawlu Borg Olivier, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mhux biss ħareġ għonqu għal Jason Azzopardi iżda anki rrepeta l-akkużi.

Intant wara li rrapurtajna li Paul Borg Olivier preżenta protest ġudizzjarju, fil-kjarifika li bagħat ammetta li fetaħ proċeduri l-qorti kontra l-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u l-Brigadier, f’isem dawn iż-żewġ persuni li ma jgħixux f’Malta.

Fil-kjarifika li bagħat qal li l-proċeduri “infetħu” mill-qraba tal-persuni inkwistjoni fl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ.

Saħaq li l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem qed issir mill-klijenti rispettivi tiegħu.

Fil-kjarifika li bagħat l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Paul Borg Olivier, huwa sejjaħ il-protest ġudizzjarju bħala wieħed leġittimu.

Skont hu r-rappurtaġġ kien qarrieqi għaliex fl-ebda mument ma jingħad li l-protest ġudizzjarju ġie iffirmat minnu fil-kwalità tiegħu professjonali, bħala avukat.

Anki jekk dan huwa fatt, Paul Borg Olivier ma xtaqnix insemmu li kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li tul iż-żmien tiegħu fil-kariga spikkaw mumenti bħal meta bagħat email sensittiva bi żball u taħt it-tmexxija tiegħu komplew jinħolqu djun kbar li ġabu l-partit f’tal-Pietà għarkupptejh.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Anzi ma nsulentajtuhx kif jagħmlu huma u sħabu lilna. Freedom of speech jaħsbu li għalihom biss dawn. Ar’hemm ħej!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *