Kważi 5 miljun persuna infettati bil-COVID-19 madwar id-dinja – One News

Notifiki

Kważi 5 miljun persuna infettati bil-COVID-19 madwar id-dinja

In-numru ta’ persuni li ġew infettati bil-COVID-19 madwar id-dinja issa laħaq kważi l-ħames miljun ruħ.

L-Università ta’ Johns Hopkins tenniet li n-numru bħalissa huwa dak ta’ ftit aktar minn 4, 995,000.

Fid-dawl ta’ dan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa esprimiet it-tħassib tagħha dwar ir-rata ta’ infezzjonijiet li hi dejjem tiela’ f’nazzjonijiet li għandhom dħul baxx jew medju.

L-aktar pajjiż fid-dinja li għandu l-ikbar numru ta’ każijiet jibqa’ l-Istati Uniti li huwa dak ta’ 1.5 miljuni segwit mir-Russja b’aktar minn 300,000, Brażil, ir-Renju Unit u Spanja.

It-total ta’ mwiet madwar id-dinja huwa dak ta’ ftit aktar minn 300,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend