Kunċert b’differenza f’Sydney – One News

Notifiki

Kunċert b’differenza f’Sydney

Kunċert b’differenza dak ta’ drive-in seħħ f’Sydney l-Awstralja. Dan il-kunċert ta togħma ċkejkna ta’ kif mistenni li jieħdu xejra l-avvenimenti speċjalment dawk live bħal kunċerti fix-xhur li ġejjin kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

Fid-dawl ta’ teatri u postijiet u l-mod tradizzjonali ta’ kif isiru l-kunċerti ser jibqgħu magħluqa, diversi artisti jemmnu li kunċerti drive-in ser jgħinu biex iżommu l-industrija kreattiva ħajja.

Fost l-avvenimenti qed ikun hemm dawk ta’ żfin, opra u kummiedja. Din l-idea ppjanata li ssir f’bosta rħula u ibliet fl-Awstralja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend