Kameras u multi eħrex għal min jinqabad iħammeġ – One News

Notifiki

Kameras u multi eħrex għal min jinqabad iħammeġ

Fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu l-multi għal dawk li jinqabdu jarmu skart barra, filwaqt li se jiżdied ukoll l-ammont ta’ kameras tas-sigurtà.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli saħqet fil-Parlament li huwa inutli wieħed jirreklama lil pajjiżna bħala destinazzjoni nadifa jekk ikun hemm nies irresponsabbli li jarmu barra.

Hija spejagat: “Se nuża din il-Kamra biex nibgħat messaġġ b’saħħtu. Ejja ma nittollerawx sitwazzjoni fejn ikollna nies li jmorru jarmu f’żoni pubbliċi nkella f’postijiet magħrufa għal mod pristin tal-ambjent, widien eċċetra. Se ninżlu fuqkom. Ifisser li se nżidu l-kameras tas-sigurtà, ħa nżidu wkoll il-penali għal min jinqabad jabbuża.”

Qalet li huwa inaċċettabli li persuni rressponsabbli jħammġu għax jirraġunaw li l-għada se jiġu l-ħaddiema mid-dipartiment tat-tindif u jerġgħu inaddfu.

Fl-istess waqt semmiet investiment li se jgħin fl-infurzar.

Il-Ministru Farrugia Portelli sostniet: “Grazzi għal dawk il-filmati stajna nidentifikaw il-karozza li ntużat eċċettra, però bis-CCTV li se jkun hemm investiment b’saħħtu din is-sena, aħna nibgħatu messaġġ b’saħħtu li min iħammeġ ħa jkun qed jiġi mressaq il-Qorti.”

Dwar it-tindif b’rabta li qiegħed isir, semmiet li ġew iffumigati 54 lokalità, fejn qed jiġu mnaddfa anke l-waqfiet tal-linja fost oħrajn.

Farrugia Portelli semmiet kif anke l-bajjiet se jitnaddfu aktar ta’ sikwit bi protokolli apposta.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Inutli tħambaq il-Ministru… u għandha raġun…. imma lil min joħroġ il-borża s-sewda kuljum x’ser nagħmlu. Il-kunsill ikun jaf bl-abbuż u jħalliħ għaddej.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend