Il-virus iħalli l-effetti tiegħu wkoll fuq id-dating apps – One News

Notifiki

Il-virus iħalli l-effetti tiegħu wkoll fuq id-dating apps

Il-virus tal-COVID-19 ħalla effett meqjus bħala drammatiku fuq il-mod kif in-nies jagħmlu użu mid-dating apps b’mod partikolari Tinder. Dan qalu l-Kap Eżekuttiv ta’ Tinder, Elie Seidman.

L-ammont ta’ nies li jużaw Tinder naqas minħabba l-impatt ekonomiku li ħalliet l-imxija tal-Coronvirus. Minkejja dan ħafna huma dawk li għadhom qed jużaw din id-dating app.

Fil-fatt l-app ta’ Tinder ġiet mniżżla minn aktar minn 340 miljun darba minn mindu tnieda lura fl-2012. Iżda l-maġġoranza tad-dħul tiegħu jiġi minn 6 miljun subscriber li jħallsu għas-servizz bl-isem ta’ gold.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend