Il-PN mhux ċert jekk hux se jagħmel l-iskrutinju lill-Kummissarju – One News

Notifiki

Il-PN mhux ċert jekk hux se jagħmel l-iskrutinju lill-Kummissarju

Il-Partit Nazzjonalista għadu jrid jiddeċiedi jekk hux se jipparteċipa fil-Kumitat Parlamentari għall-ħatriet pubbliċi li se jagħmel skrutinju u jsaqsi mistoqsijiet lill-persuna li se tokkupa l-ogħla kariga fil-korp tal-Pulizija.

Bħalissa l-Kummissjoni għas-servizz pubbliku għaddejja bl-intervisti mal-erbatax-il applikant li applikaw għall-Kummissarju tal-Pulizija, f’dan il-proċess indipendenti ta’ għażla pubblika.

Għal darba darbtejn saqsejna lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jekk l-Oppożizzjoni hux se tipparteċipa f’dan il-proċess.

Meta kien mistoqsi: “Ħa tipparteċipaw iva jew le?”

Iżda Delia saħaq li l-Oppożizzjoni mhiex sempliċi u ma kellux tweġiba definittiva.

Delia wieġeb: “Aħna m’aħniex sempliċi. Aħna strutturati u maturi.”

M’għaddiex wisq ħin li l-whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista ammetta li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar skrutinju tant importanti fuq kariga li se timtela’ wara sejħa pubblika.

Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar stqarr: “Il-PN jieħu d-deċiżjonijiet fil-mument opportun.”

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija ser timtela’ bi proċess mhux biss konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja iżda jmur pass ‘il quddiem hekk kif il-Prim Ministru reħa minn idu l-veto dwar l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend