Iħares ’il quddiem biex jerġa’ jibda jilqa’ lin-nies – One News

Notifiki

Iħares ’il quddiem biex jerġa’ jibda jilqa’ lin-nies

Kienu xahrejn iEbsin, iżda issa jinsabu ħerqana biex jerġgħu jilqgħu lin-nies.

Lejliet li r-ristoranti u l-istabbilimenti tal-ikel f’pajjiżna jistgħu jerġgħu jiftħu, dan l-istazzjon iltaqa’ ma’ Joe Deguara, sid ta’ ristorant f’San Ġiljan, li kien qed isegwi l-aħħar irtokki fir-ristorant biex jara li kollox hu konformi ma’ dak li qed jiġi mitlub mill-awtoritajiet tas-saħħa u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Minn qabel man-nies jirfsu l-għatba tar-ristorant, jiddominaw sinjali biex jiddiżinfettaw idejhom u jistennew lil xi ħadd mir-ristorant biex idaħħalhom hu.

Mhux biss hemm distanza notevoli bejn l-imwejjed, imma se jintużaw ukoll menus li jintużaw darba biss, li se jidhru wkoll fuq screens kbar għal min jixtieq.

Joe Degura, is-sid tar-ristorant qal: “Ovvjament kif jaf kulħadd, id-domanda mhux se tkun għolja daqskemm kienet tkun normali peress li m’hawnx turisti jiġifieri aħna spazjajna l-imwejjed b’ħafna huma iżjed mit-two metres rikjesti mil-liġi biex hekk inserrħu ras in-nies li huma stat safe. Apparti minn hekk, il-fatt li għandna ħafna mwejjed, u ħa ndaħħlu n-nies u npoġġuhom bilqiegħda aħna, ħa nagħmlu ċert li kemm jista’ jkun inbiegħduhom minn xulxin, jiġifieri naqbżu mejda, naqbżu tnejn, skont iċ-ċirkostanzi.”

Is-sid tar-ristorant spjega li min irid, jista’ jieħu l-pożati miegħu mid-dar, iżda hu se jkun qed joffri żewġ għażliet oħra.

Huwa sostna: “Aħna lil kull klijent ħa ntuh żewġ options. Waħda li jagħżel jekk jużax platti u cutlery normali jew disposable. Din se tiġi mistoqsija lil kull mejda.”

U ma’ dan l-istazzjon, lejliet li jerġa’ jiftaħ  saħaq kif qed iħares ’il quddiem għal din in-normalità ġdida: “Kienu żminijiet diffiċli, żammejna kemm stajna l-istaff kollu prattikament, issa we’re looking forward li dak li jkun jerġa’ jagħmel kuraġġ, jerġa’ joħroġ, nista’ nassigura lil kulħadd li għamilna dak kollu li hemm bżonn biex inżommu n-nies safe, l-istaff niċċekkjawlhom it-temperatura kuljum, għandhom il-visors, ingwanti, dak kollu meħtieġ mil-liġi prattikament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend