Flus taċ-ċitazzjonijiet investiti fil-lokalitajiet – One News

Notifiki

Flus taċ-ċitazzjonijiet investiti fil-lokalitajiet

Mill-ħlasijiet taċ-Ċitazzjonijiet, l-Agenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA, tiddedika madwar miljun ewro fis-sena biex isiru proġetti ambjentali, infrastrutturali, edukattivi u ta’ restawr madwar Malta u Għawdex.

B’investiment ta’ €28,000 bħalissa qed isir proġett ta’ restawr fuq l-istatwa antika ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, tisbiħ fil-pjazza u qed isiru wkoll xogħolijiet fi sqaqien antiki.

Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol il-Ministru Byron Camilleri saħaq li l-flus li nġabru minn ksur ta’ liġijiet, mhux qed jitwarbu fil-ġenb iżda jingħataw lura lill-komunità.

Il-Ministru Byron Camilleri stqarr: “Li l-flus li jinġabru permezz tat-taħrikiet li jsiru f’Malta u f’Għawdex qed jiġu investiti lura fil-lokalitajiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.”

Il-Ministru Camilleri żied jgħid li ċ-ċitazzjonijiet m’għandhomx iservu ta’ qliegħ għall-Gvern u qal li fi tliet snin se jkunu ntefqu €3 miljun.

Min-naħa tiegħu s-Sindku ta’ Ħal Qormi Renald Falzon tenna li proġetti ta’ fejda bħal dawn qed isebbħu l-lokalitajiet Maltin.

Huwa sostna: “Huwa tajjeb li jkollna proġetti bħal dawn biex inkunu nistgħu nagħmlu proġetti simili biex inkomplu nsebbħu l-lokalitajiet tagħna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend