Fl-Istati Uniti: Is-senat jgħaddi miżura li tħalli xi kumpaniji Ċiniżi barra – One News

Notifiki

Fl-Istati Uniti: Is-senat jgħaddi miżura li tħalli xi kumpaniji Ċiniżi barra

Is-senat Amerikan jgħaddi liġi li jaf tħalli barra xi kumpaniji Ċiniżi milli jbiegħu l-ishma fl-American Stock Exchanges.

Din il-miżura issa għaddiet għall-kamra tar-rappreżentati qabel tiġi ffirmata u mgħoddija bħala liġi mill-President Amerikan Donald Trump.

Dan l-abbozz japplika għal kull kumpanija barranija iżda b’mod partikolari fil-mira taċ-Ċina.

Dan fl-isfond ukoll tat-tensjoni li tinsab għaddejja bejn l-Amerika u ċ-Ċina rigward il-pandemija tal-COVID-19 u l-iskandlu tal-Luckin Coffee dwar bejgħ fabbrikat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend