AĠĠORNAT: Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vann fil-Ħamrun – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vann fil-Ħamrun

Anzjana ta’ 71 sena mill-Ħamrun tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vann fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu.

L-anzjana ttajret minn Sirjan li joqgħod Ħal Qormi ta’ 21 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend