Miljuni fl-Indja u l-Bangladesh evakwati kawża ta’ maltempata qawwija – One News

Notifiki

Miljuni fl-Indja u l-Bangladesh evakwati kawża ta’ maltempata qawwija

L-Indja u l-Bangladesh huma milquta minn xita qawwija u rjieħat, hekk kif ċiklun qawwi mistenni li jolqot iż-żewġ pajjiżi fis-sigħat li ġejjin.

Il-pajjiżi diġà evakwaw miljuni ta’ persuni bħala prekawzzjoni għaċ-ċiklun li qed joqrob lejn il-pajjiżi, iżda, l-imxija tal-Coronavirus qed tagħmel l-operazzjoni ta’ salvataġġ aktar diffiċli.

Iż-żewġ pajjiżi talbu biex skejjel u binjiet oħra jiġu użati bħala xelters temporanji biex tinżamm id-distanza soċjali li tassigura s-saħħa taċ-ċittadini mill-COVID-19, hekk kif hemm bżonn ta’ aktar binjiet minn dak tas-soltu.

Uffiċjali Indjani qalu li aktar minn għoxrin tim ta’ salvataġġ qed jgħinu liċ-ċittadini jevakwaw, filwaqt li hemm timijiet oħra lesti li jgħinu f’każ ta’ bżonn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend