Macron jitlef il-maġġoranza tad-deputati fil-Parlament Franċiż – One News

Notifiki

Macron jitlef il-maġġoranza tad-deputati fil-Parlament Franċiż

Fi Franza, il-President Emmanuel Macron tilef il-maġġoranza tad-deputat fil-Parlament Franċiż wara li diversi membri parlamentari telqu mill-partit ta’ Macron sabiex iffurmaw partit ieħor, bl-isem ta’ Écologie, Démocratie, Solidarité.

Seba’ membri parlamentari, flimkien ma’ nies oħra li kienu jappoġġjaw lil Macron iffurmaw partit li l-għan tiegħu huwa li jaħdem aktar fuq l-ambjent u fuq miżuri soċjali. Dan il-partit il-ġdid qal li se jkun independenti u mhux se jpoġġi la man-naħa tal-gvern u lanqas man-naħa tal-oppożizzjoni.

Din id-deċizzjoni ħalliet lil Macron b’288 deputat fil-Parlament Franċiż, b’deputat inqas mill-maġġoranza fil-Parlament, magħmul minn 577 deputat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend