Tnaqqis ta’ 21.3% fis-safar tal-Maltin fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena – One News

Notifiki

Tnaqqis ta’ 21.3% fis-safar tal-Maltin fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO tixħet dawl dwar l-effetti tal-pandemija fuq anki l-Maltin bħala turisti.

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena siefru 21.3% inqas meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

L-NSO qal li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena siefru 115,573 persuna minn Malta.

L-aktar żewġ destinazzjonijiet popolari kienu l-Italja u r-Renju u 66,416 persuna siefru għal btala filwaqt li 27,761 persuna siefru fuq xogħol.
In-nefqa tat-turist Malti kienet ta’ medja ta’ ftit aktar minn seba’ mitt ewro kull persuna.

L-NSO rrimarkat li dawn iċ-ċifri jridu jittieħdu f’kuntest tal-imxija u kif din xekklet it-turiżmu fosthom l-ewwel b’restrizzjonijiet fuq safar lejn ċertu pajjiżi mbagħad l-għeluq tal-ajruport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend