Ifeġġu 6 każijiet ta’ Covid-19 fost plejers u diriġenti ta’ klabbs Ingliżi – One News

Notifiki

Ifeġġu 6 każijiet ta’ Covid-19 fost plejers u diriġenti ta’ klabbs Ingliżi

Sitt każijiet ta’ Coronavirus feġġew fost plejers u diriġenti ta’ klabbs tal-Kampjonat Premier Ingliż hekk kif bdew isiru t-testijiet fost il-plejers hekk kif dawn irritornaw għat-taħriġ. Dawn il-każijiet ħarġu minn 748 test li saru fl-aħħar jiem.

L-identità tal-persuni pożittivi ma ġietx żvelata.

It-Tnejn il-plejers bdew jitħarrġu fi gruppi żgħar hekk kif il-Premier League Ingliż qiegħed jipponta li jkompli bil-logħob għall-ħabta ta’ nofs Ġunju.

Qabel ma jsir it-test l-ebda plejer ma jista’ jidħol għat-taħriġ. Dan filwaqt li kull klabb Ingliż issottometta 40 persuna – bejn plejers u staff – għat-test.

Il-kampjonat Ingliż kien wieħed minn tal-aħħar li twaqqaf minħabba l-imxija tal-Covid-19, wara diversi plejers u diriġenti tal-klabbs fosthom l-attakkant ta’ Chelsea Callum Hodson-Odoi u l-maniġer ta’ Arsenal Mikel Arteta ttestjaw pożittiv għal dan il-virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend