Franza u l-Ġermanja jipproponu fond ta’ għajnuna ta’ €500 biljun – One News

Notifiki

Franza u l-Ġermanja jipproponu fond ta’ għajnuna ta’ €500 biljun

Franza u l-Ġermanja qed jipproponu fond ta’ €500 biljun bħala għajnuna mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġi mqassam bejn l-aktar pajjiżi Ewropej milquta bil-pandemija tal-COVID-19.

Dan wara qbil bejn il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel f’taħdidiet li saru matul il-jum tat-Tnejn waqt konferenza virtwali.

Din il-proposta tirrapreżenta bidla sinifikanti fil-pożizzjoni ta’ Merkel li kellha dwar tqassim ta’ fondi jew flus bejn in-nazzjonijiet.

Macron sostna li dan huwa pass kbir ‘il quddiem filwaqt li saħaq li dan huwa dak li għandha bżonn iż-żona Ewropea bħalissa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend