Oppożizzjoni li tbeżża’ u bla ebda sens ta’ kredibbiltà – One News

Notifiki

Oppożizzjoni li tbeżża’ u bla ebda sens ta’ kredibbiltà

“Għal darb’oħra, il-Partit Nazzjonalista qed juża diskors li jbeżża’ u li ma joffri l-ebda proposta kredibbli għal pajjiżna”,qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.

Ironikament, il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu sostna li fl-ekonomija għandna gvern bla moħħ.

Għall-kuntrarju, fl-eqqel tal-imxija tal-Coronavirus, dan il-Gvern offra l-aqwa pakketti ta’ għajnuna għall-ħaddiema u negozji Maltin fid-dinja. B’ekonomija b’saħħitha, Malta kellha wkoll spiża kbira fil-qasam tas-saħħa. Fuq kollox, il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li pajjiżna se jkun minn tal-ewwel li tirkupra minn madwar id-dinja.

“Dik hija d-differenza bejn il-PL u l-PN”, sostna l-Partit Laburista.

“Filwaqt li Gvern Laburista kommess li jissalvagwardja l-impjiegi ta’ kull wieħed u waħda minnha, l-Oppożizzjoni mehdija biex tbeżża’ u tipprova tiskorja xi punti politiċi”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend