Ġuvni ta’ 19-il sena arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga – One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 19-il sena arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga

Ġuvni 19-il sena minn Birkirkara qiegħed jinżamm mill-Pulizija wara li nstab fil-pussess ta’ droga waqt li kien fil-Belt.

Huwa ġie arrestat lbieraħ fi 8:00 ta’ filgħaxija fi Triq Nofsinhar meta l-Pulizija tad-Distrett, waqt li kienu qed jagħmlu ronda raw karozza tal-għamla Volkswagen Polo u nnutaw li ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà. Minn hemm qam suspett li jista’ jkun hemm xi affarijiet kontra pussess ta’ sustanza droga kannabis.

It-tfittxija kompliet fir-residenza fejn jgħix f’Birkirkara fejn insabu oġġetti oħra relatati mal-użu tad-droga.

Huwa qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar staħrriġ.

L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend