Arrestat fuq pussess u traffikar tad-droga – One News

Notifiki

Arrestat fuq pussess u traffikar tad-droga

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Bormla qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga.

Wara ġimgħat ta’ osservazzjoni, ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra tad-Droga u tar-Rapid Intervention Unit waqqfu vettura fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid li kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ.

Fi tfittxija li saret fil-vettura u fuq iż-żagħżugħ, instabu sustanzi suspettati droga eroina u kokaina lesti biex jiġu traffikati, u ammont ta’ flus kontanti.

Iż-żagħżugħ ġie arrestat u ttieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterajli, u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum waranofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend