Pride and Prejudice – One News

Notifiki

Pride and Prejudice

Serrħu raskom. M’inix se nikteb dwar ir-rumanz miktub minn Jane Austen fl-1813 u li jġib l-istess titlu ta’ dan il-blog.

Kull min isegwi l-midja soċjali u anke dik tradizzjonali jista’ jinnota fattur komuni fil-kummenti ta’ dawk li ma jarawx għajn m’għajn mal-Partit Laburista. Iħarsu bi stmerrija lejn kull min differenti. Lejn kull min hu laburist. Lejn kull min ma jaqbilx magħhom.

Taqra l-kummenti u tintebaħ li jħossuhom superjuri.  Anzi infallibbli!

Għal dawn it-talin li tkun laburist int plebew. Injurant. Inkapaċi. Infettat bil-pesta. Tat-tielet dinja.

Ladarba inti mhux ġej miċ-ċirklu tal-magħżulin, inti tajjeb biss għar-rimi.  Ma tarax hux se jiċċattaw ulied il-ħaddiem fl-ogħla karigi tal-pajjiż!

Mimlija suppervja u preġudizzji.

U jirraġunaw b’dan il-mod meta jikkumentaw fuqna l-laburisti.

Dawn min jaħsbu li huma ja qabda infiltrati?  Ma jafux li l-poter huwa prerogattiva tagħna!  Ma jafux li aħna biss ill-magħżulin?

X’ma jkissruhx lil Joseph Muscat!

Dan mhux iben il-bidwi?  Mhux se nħalluh jikkmandana tgħid!  Din ma nniżżluha qatt!

Għaldaqstant affaċċjati minn din ir-rejalta’, bħala sostenituri tal-Moviment tal-Ħaddiema għandna niftħu għajnejna.  Jista’ ikun li mhux kull ma jagħmel il-Gvern ikun għall-gosti tagħna, imma aħna lesti nafdaw lil min jarana dubbien?

Rajnieha fejn jaslu dawn.

Qabdu mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.  Issa mal-Prim Ministru Robert Abela.  Mal-brigadier.  Mal-armata.  Mas-settur tal-ħaddiema tal-Gvern.  Mal-għalliema.  Mal-kaċċaturi.  Magħkom li għandkom kariga mimlija responsabbilta’.  Miegħek ħaddiem!

Aħna nimxu bil-politika ta’ Pride without Prejudice.

Kburija bil-ħaddiema.  Kburija li ħaddiema.  Kburija li Maltin.

U lesti li naħdmu ma’ kull min għandu rieda tajba!

Din hi t-triq li twassalna għal aktar suċċessi.

Ta’ QabelLi Jmiss
Ray Muscat huwa edukaturi b’esperjenza fl-iskejjel statali Maltin sa mill-1986. Kien għalliem tat-Taljan għal 13-il sena fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli u għal dawn l-aħħar erbatax-il sena huwa amministratur fl-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu. Ray Muscat huwa wkoll kittieb. Kiteb scripts għar-Radju u r-Televiżjoni tal-istat b’xogħolijiet bħal ‘Fil-Kikkra!’, ‘Tlaqna!’ u ‘Oops!’. Sal-lum ippublika żewġ kotba għat-tfal bl-istejjer ta’ Lippu l-Purtinar u ktieb għall-adulti bit-titlu 'Naħqa ta’ Ħmar’. Jinteressah ħafna l-aspett politiku mhux partiġġjan u t-temi soċjali u edukattivi, b’mod speċjali ma’ dawk li sfortunatament jaqgħu lura fil-mixja tal-ħajja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend