Joħroġ ir-rapport dwar il-mewt ta’ Kobe Bryant, bintu Gianna u 7 persuni oħra – One News

Notifiki

Joħroġ ir-rapport dwar il-mewt ta’ Kobe Bryant, bintu Gianna u 7 persuni oħra

Fl-eżami ta’ wara l-mewt għall-inċident li fih miet l-istilla tal-basketball Kobe Bryant flimkien ma’ bintu Gianna ta’ 13-il sena u seba’ persuni, ġie konkluż illi l-vittmi kollha mietu mad-daqqa.

Ir-rapport ta’ 180 paġna dwar l-inċident li seħħ fis-26 ta’ Jannar li għadda, meta l-ħelikopter li kienu fuqu d-disa’ vittmi waqa’ fi triqtu lejn Thousand Oaks f’Kalifornja jinkludi wkoll illi l-pilota, Ara Zobayan ta’ 50 sena, ittestja negattiv għad-drogi u l-alkoħol. Madanakollu, il-kawża tal-ħabta għadha qed tiġi investigata.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend