Pajjiżi fl-Ewropa jibdew jiftħu l-fruntieri – One News

Notifiki

Pajjiżi fl-Ewropa jibdew jiftħu l-fruntieri

Il-maġġoranza tal-Ewropa għadha magħluqa għall-ivvjaġġar biex tikkontrolla l-imxija tal-Coronavirus, iżda xi pajjiżi bdew jiftħu l-fruntieri.

Illum se tiftaħ dik li qed tissejjaħ “Baltic bubble”, biex nies fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jistgħu jivvjaġġaw bejn it-tliet pajjiżi. L-ivvjaġġar jista’ jsir bil-ferrovija, bl-ajru u bil-baħar.

Dawn it-tliet pajjiżi bejniethom irreġistraw inqas minn 150 mewt.

L-Unjoni Ewropea wegħdet li b’xi mod, l-istaġun tas-sajf se jiftaħ għat-turisti. Din l-industrija hija madwar 10% tal-ekonomija fl-Ewropa.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend