Iċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Familja – One News

Notifiki

Iċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Familja

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Familja. Illum, iktar minn qatt qabel, jifhem aktar l-importanza tal-familja fis-soċjetà u r-realtajiet attwali li qed ngħixu fihom. 

Il-15 ta’ Mejju hija l-ġurnata li fiha jitfakkar is-sinjifikat tal-familja fuq livell internazzjonali. Il-Ġnus Magħquda għażlet it-tema ta’ din is-sena bħala ‘Families in Development’, fl-isfond tal-pandemija li laqtet lid-dinja kollħa. Hawnhekk, il-Ġnus Magħquda tinnota l-bżonn t’aktar investiment ta’ politika soċjali li tipproteġi aktar lil individwi vulnerabbli.

Il-Ministru Michael Falzon tenna li, f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida, il-familja hija l-ewwel mezz li tagħti wens lil dawk viċin tagħha milquta mill-Covid-19. Dan qed isir ukoll minn dimensjoni psiko-soċjali, fejn kulħadd qed juri solidarjetà iktar minn qatt qabel.

Il-Ministru fakkar illi f’Malta dan il-Ministeru qed jagħmel dak kollu possibbli biex iżomm il-familji b’saħħithom.

“Fl-aħħar ġimgħat, rajna l-introduzzjoni ta’ benefiċċji adizzjonali għal dawk li kellhom l-impjieg tagħhom affetwat mill-Covid-19. S’issa, irċevejna aktar minn 10,000 applikazzjoni, bi spiża ta’ €8.8 miljun,” qal Dr Falzon.

Il-Ministru Michael Falzon jinnota li, fl-istess waqt, baqgħu jitwettqu l-miżuri kollha li kienu qed jingħataw qabel, ewlenin fosthom iċ-children’s allowance, child bonus, tapering of benefits, inwork benefits, u tant oħrajn.

“Dan il-Gvern se jibqa’ qrib il-familji, mhux biss f’dan iż-żmien, iżda anke fix-xhur u s-snin li ġejjin, għax verament nemmnu li l-familja, bid-diversi forom tagħha, hija l-bażi u l-qofol tas-soċjetà Maltija,” temm jgħid Dr Falzon.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend